I am copy the text in Maltese
==========================================
PlantSpecies: Euphorbia dendroides
AuthorName: Mary Anne Zarb
25 October 2011. Ir-ragel qalulu biex juza l-halib li johrog miz-zokk tal-pjanta biex ifejjaq il-felul. Min qallu pprovaha hu fuq gismu u veru tnehhi l-felul. Imma r-ragel ghamilha fuq il-felul qrib ghajnejh u ra l-passjoni. Wara saghtejn li dellek il-halib fuq il-felul vicin ghajnejh, gie biex jorqod u ezatt kif ghalaq ghajnejh, beda hruq estrem, sturdament qawwi, disorjentament, flissjoni qawwija bhal hay fever, intolleranza kbira ghad-dawl, u ghatx esagerat. Morna l-emergenza t'Ghawdex fejn noqoghdu ahna, lahalhuha bis-saline, tawh xi taqtir bhala loppju li jintuza meta jkun hemm hsara fl-ghajn ez. bil-welding, u baghtuh id-dar. Wara nofs siegha rega' beda l-hruq esagerat. Minn ricerka li ghamilt fuq l-internet sirt naf li l-halib huwa corrosive u velenuz hafna, tant li f'xi pajjizi jmissuh mal-ponta tal-vlegeg biex jiccakkjaw bihom. Il-hrug huwa 100,000 darba iktar mil-felfel. Kwantitajiet kbar fl-ghajnejn jistghu jaghmuk permanenti. Tant twerwirt li ergajna morna l-isptar, u bhalissa ghaddej il-lejl l-isptar ghall-osservazzjoni. It-tobba qalulna li l-problema kienet mhux il-halib as such (ghax veru tajjeb ghal-felul) imma l-fatt li dahal b'xi mod fl-ghajnejn ez. bid-dmugh. Pero nixtieq li n-nies specjalment it-tfal ikunu jafu b'dan il-periklu ghax Malta u Ghawdex imdawrin b'din il-pjanta, u facilment issib lil xi tifel jew tifla li taqta fergha u mbaghad tmur toghrok ghajnejha! Napprezza li tinfurmawni b'xi letteratura ohra lokali dwar din il-pjanta u ohrajn simili. Grazzi
